Tanya Borg
Waslet Il-Banda

1) ‘Hobbies’:
   Qari, kitba u nara xi TV series interessanti

2) ‘Sports’ li issegwi (timijiet favoriti):
    Inhobb insegwi l-aktar il-‘football’.
    'Football' - Hamrun Spartans, Juventus u Real Madrid

3) Ikel favorit:
    Pasta

4) Kieku kellek tkun annimal, liema tkun u għalfejn?:
    Nixtieq inkun xi tip ta’ annimal li jtir biex inkun libera li naghmel li jrid f'kull hin u f'kull mument.

5) Ma liema personalita’ famuża tixtieq li tiltaqa f’ħajtek?:
    Ma’ tlieta. L-aktar li nixtieq li niltaqa’ ma' Alex Del Piero, l-atturi Wentworth Miller u Mark Doneo ghax bhala persuna li nhobb it-teatru nemmen li huma atturi kbar!
   
6) Xi stil ta’ mużika toġgħbok? Diski favoriti:
    Kull stil jogobni pero l-aktar diski favoriti huma :- Va Fanculo, Bella Stronza u d-diski kollha li hargu l-ABBA u l-Queen!

Email: vsg708@maltanet.net
Website: www.gazzetta.it


Għal dawn l-aħħar ħames snin, kull nhar ta’Ħadd filgħodu, Chris Spiteri qajjem lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-marċi Maltin permezz tal-programm ‘Waslet il-Banda’.  Hekk kif jispjega tajjeb isem il-programm, tul dawn is-sagħtejn u nofs jindaqqu marċi mill-aktar popolari, marċi mitluba mis-semmiegħa, kif ukoll aġġornamenti kontinwi rigward diversi attivitajiet li jkunu qed jsiru fil-każini tal-baned kemm f’Malta u kemm fil-gżira Għawdxija.

Minn Settembru li għadda ingħaqded ma’ Chris, Tanya Borg, żgħażugħa li għandha ferm għal qalbha l-marċi u l-festi Maltin,
għalhekk flimkien - Chris u Tanya qed jkomplu jkabbru l-imħabba lejn l-marċi u l-festi Maltin.  Sa minn din l-iskeda, il-preżentaturi ħasbu li jżidu xi ħaġa ġdida u nformattiva fil-programm 'Waslet il-Banda'.

 Filfatt ta’ kull xahar, ser jkun hemm programm partikolari li matulu jindaqqu marċi ta’ surmast partikolari biss, fejn fosthom nistgħu nsemmu l-programmi fuq il-Maġġur Anthony Aquilina, Mro. Joseph Abela Scolaro, Mro. Ray Sciberras u ħafna oħrajn.  Apparti li jindaqqu l-kompożizzjonijiet, tul il-programm tingħata nformazzjoni ferm dettaljata rigward dak is-Surmast partikolari, kemm fejn tidħol ħajja personali u kif ukoll dik mużikali.

Għalhekk, għamlu appuntament ma’ Chris u Tanya għall-programm 'Waslet il-Banda' - kull nhar ta’ Ħadd bejn it-8.00a.m. u l'10.30a.m. - għal garanzija ta’ l-aqwa marċi u nformazzjoni fuq waħda mill-isbaħ tradizzjoni li għandna f’Malta.