| Manuel Chircop Morning Crew |
||
Manuel Chircop twieled il-Pietà nhar il-Ġimgħa 21 ta' Marzu 1975. Kien l-ewwel wild fost ħamsa għall-kopja Frans u Carry Chircop. Beda il-karriera tiegħu bħala preżentatur fuq ir-radju lura fil-21 ta' Settembru ta' 1993 fuq Smash Radio. Dak iż- żmien Manuel kien jagħmel il-programm kull nhar ta' Sibt minn nofsinhar sa l-erbgħa. Lejn in-nofs tas-snin disgħin Manuel kien jieħu sehem fi programm televiziv flimkien ma' Joe u Carmen Tanti (The Greenfields) liema programm dam jagħmlu sena w nofs. Il-programm tar-radju ta' Manuel kien jinżel tajjeb mas-semmiegħa tant hu hekk li il-Management ta' l-istazzjon kien offra lil Manuel programm kuljum mil-erbgħa sas-sitta ta'wara nofsinhar, liema offerta Manuel kien laqa’ b’entużjażmu kbir. Sa dan iż-żmien Manuel kien jagħmel ix-xogħol ta' DJ bħala part-time hobby u ix-xogħol propju tiegħu kien mastrudaxxa fin-negozju tal-familja. Manuel kien iżżewweġ lil Sandra fis-sena 1998 u il-kopja għandhom żewġt ulied Nirvana u Ruud. Fil-bidu tas-snin 2000 Manuel beda jaħseb biex jiftaħ stazzjon tar-radju u għalkemm kien jaf li dan mhux xi ħaġa faċli xorta waħda ma qatax qalbu minkejja li sab ħafna ostakli. Kien is-sajf tas-sena 2001 meta Manuel ħa id-deċiżjoni finali dwar il-ftuħ ta' stazzjon tar-radju ġdid u kien hawn li beda ix-xogħol fuq l-istudios u bdew il-kuntatti biex jinġieb l-apparat tat-trażmissjoni. Waqt li kienu bdew il-preparamenti għal dan ir-radju il-ġdid (Radio Galaxy) Manuel kienet ħakmitu marda serja it-typhosis dan wara li ġie migdum minn insett li kien ġej min fuq annimal mejjet liema marda kien fiq minna fil-bidu tas-sena 2002. Fis-6 ta' Diċembru tas-sena 2001 Manuel kien inawgura Radio Galaxy u kien hawn li bdiet paġna ġdida fil-ħajja tiegħu fejn sena wara f’Diċembru ta' 2002, Manuel kien ha deċiżjoni li xejn ma kienet faċli, dik li jħalli ix-xogħol propju tiegħu dak ta mastrudaxxa u jibda ix xogħol ta' DJ bħala full-time. Manuel Chircop illum jippreżenta il-programm popolari Morning Crew mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8:30 ta' filgħodu sa nofs inhar. Din hi l-website personali tiegħu:
|
||
![]() | ||
![]() | ||
![]() | ||