Jason Camilleri
Eveving Show

1) ‘Hobbies’:
   Insegwi l-Formula 1 u 'snooker'

2) ‘Sports’ li issegwi (timijiet favoriti):
    'Football' - Belt Valletta u bla dubbju Juventus

3) Ikel favorit:
    Pizza

4) Kieku kellek tkun annimal, liema tkun u għalfejn?:
    Ġiraffa, biex nara t-tajjeb u l-ħazin li hemm taħti

5) Ma liema personalita’ famuża tixtieq li tiltaqa f’ħajtek?:
    Angelina Jolie
   
6) Xi stil ta’ mużika toġgħbok? Diski favoriti:
    R&B u musika House

Here Without Yo - 3 Doors Down


Jason Camilleri twieled fil-21 t’April ta’ 1977 mill-Belt Valletta imma joqgħod is-Swatar. Miżżewweġ lil Niccolette u għandu tifel bl-isem ta’ Enrique. Bħala hobbies, iħobb jaqra’ fuq stejjer strambi u jħobb jimxi fil kampanja.

L-aktar żewġ persuni li jammira ħafna, li żgur qatt ma jkun hawn bħalhom u li m’għadhomx magħna, huma il-Papa Ġwanni Pawlu it-Tieni u Madre Teresa. Bħala sport, Jason iħobb il-Formula Uno u l-‘snooker’. It-tim favorit tiegħu f’pajjiżna huwa it-tim tal-Belt (Ovja) filwaqt li it-tim favorit barrani huwa Juventus (U Kburi). Bħala kantanta favorita tiegħu hi Whitney Houston u atturi nisa joġgħbuh Angolina Jolie u Valeria Marini (Ma jixbax iħarres lejhom). Bħala attur raġel joġgħbu Keven Costner u l-aktar diska li toġgħbu hija ‘Here Without You’ ta’ ‘3 Doors Down’.

Minn meta kien żgħir, Jason, kienet dejjem ġo fih li jsir Dj. Beda kollox fl-1995, meta dak iż-żmien David Dee beda jgħallem kors għal dawk kollha li jixtiequ jsiru djs. David Dee dejjem emmen fih u taħ it-taħriġ kollu li kellu bżonn, anke f’dak li għandu x’jaqsam bħala
Club Dj u Radio Dj. Wara li spiċċa l-kors, beda jdoqq f’ħafna postijiet differenti fosthom Black Rose, Tremers, Easy Radder, Bamboo u 7 Rooms’. Filfatt għadu jdoqq sal-illum.

Fuq stazzjonijiet oħra tar-radio, Jason kien ma’ Live Fm, Djs Radio u għal dawn l-aħħar erba’ snin u nofs qiegħed fuq dan l-istazzjon, Radio Galaxy u qiegħed kuntent ħafna.

Xewqa kbira li għandu hi, li xi darba jsuq karozza tal-Formula Uno u li xi darba jsiefer lejn Dubai, post sabiħ ħafna. Frażi li tibqa’ f’moħħ Jason hi: “Ħabib kulħadd imma ħabib ħadd”.