Radio Galaxy beda bit-trasmissjonijiet fuq ir-radju fis-6 ta’ Diċembru 2001. L-idea li jinfetaħ stazzjon tar-radju bdiet meta Manuel Chircop u DJ Bob kienu mistiedna biex jieħdu ħsieb radju kommunitarju fl-okkażjoni tal-festa ta’ Maria Reġina fil-Marsa. Allavolja Manuel u DJ Bob kellhom experjenza vasta fis-snin li għaddew fi trasmissjonijiet diretti fuq ir-radju, l-istorja din id-darba kienet waħda differenti minħabba li riedu jmexxu stazzjon tar-radju 24 siegħa kuljum. Kien hawnhekk li ttieħdet deċiżjoni biex jibdew il-preparazzjonijiet ta’ l-istudio u l-apparat meħtieġ biex tibda l-ewwel xandira diretta. Programmi bi prova bdew u baqgħu sejrin għal madwar 3 xhur u fi 6 ta’ Diċembru 2001, Radio Galaxy kien miftuħ uffiċjalment u beda jittrasmetti 24 siegħa kuljum. Radio Galaxy kellu dejjem f’moħħu li jolqot il-gosti ta’ kulħadd u jdoqq id-diski favoriti tas-semmiegħa. Fil-fatt is-suċċess deher minħabba li Radio Galaxy joffri lis-semmiegħa d-diski favoriti tiegħhom. Illum Radio Galaxy huwa wieħed mill-aqwa stazzjon tar-radju madwar il-gżejjer Maltin, grazzi għal programmi varji li joffri dan l-istazzjon. |
![]() |
![]() |
![]() |