| DJ Elton Slow Moods & Jammin 105 |
DJ Elton, imwieled fis-17 ta’ Novembru 1974, taħt l-istilla Scorpio, l-ewwel wild għall-koppja Louis u Carmen. Għamel żmien twil joqgħod tas-Sliema (tal pepe’ hey), biss wara itrasferixxa lejn il-Ħamrun. Bħal kulħadd, ħbieb għandu minn kull rokna ta' Malta, biss jispjega li ma għandux ħbieb fissi, għal raġuni li l-kunfidenza żejda hija xi ħaga li ddejqu ħafna.
Huwa bniedem nervuż ħafna u dak li jkollu fuq l-istonku jaqbad u jgħidu, għax jemmen li l-paroli żejjed minn wara dahar in-nies ma jagħmel ġid lil ħadd….jgħid li l-akbar għadu tiegħu huma dawk in-nies li jikontradixxu lilhom infushom. Biss jipprova dejjem jħares lejn il-posittiv ta' kull persuna li tkun madwaru. Jaħdem ma' grupp ta' kumpaniji, f’dak li għandu x'jaqsam ma' kummerċ u jispjega li għalkemm ħafna drabi taqbiżlu, xorta jħares lejn il-ġurnata tax-xoghol b’sodisfazzjon. Beda l-karriera bħala discjockey lura lejn is-sena 1994, ġo diversi pubs ġo Paceville fejn kien jispejalizza l-aktar f’karaoke, iżda fis-sena 1998 waqaf minn dan ix-xogħol u kien eżatt fis-sena 2001, mal-ftuħ ta' l-istazzjon li ingħaqad ma Radio Galaxy bl-għajnuna ta’ Manuel Chircop. Fil-passat DJ Elton kien jagħmel programm kuljum, biss maż-żmien minħabba impenji oħra kellu jirriduċi għal żewgt programmi fil-ġimgħa. Jispjega li r-radju bħala komunikazzjoni man-nies u fl-istess ħin xi ħaga relassanti. Elton jgħidilna li f’ħajtu kellu ħafna hobbies, minn karozzi sa muturi, minn 'go carts' sa ajruplani, izda wara dan kollu induna li l-aqwa hobby kienet is-sodda, fejn saret l-aktar ħaga li jħobb f’ħajtu!!! (Ovja biex jorqod.. tiġrux b’moħħkhom)..Id-divertiment jgħidilna li ma tantx għadu jagħmel bih, għax iż-żmien u ic-cirkostanzi inbidlu fil-ħajja tiegħu, iżda kull meta tigi l-okkazjoni, jaħtaf l-opportunita' speċjalment fiż-żminijiet tas-sajf biex jattendi ġo 'open air club' partikulari fin-naħa ta' fuq ta' Malta……Mamma Mia!!!!! Il-ħin ma jkunx iridu jgħaddi b’xejn hemm ġew!!! Il-motto ta' Elton: Il-ħajja, għalkemm hija qasira, fl-istess ħin ħajja sabiħa, gawdi kull sekonda li tgħaddi u apprezza lin-nies ta' madwarek.. Speċjalment dawk in-nies li l-aktar jixtiqulek il-ġid. Fl-aħħar nett….aħjar jieqaf hawn għax tant jgħid, illi jispicca jgħidilna l-istorja ta' ħajtu ġurnata b’ġurnata!!!!!!!.....DJ Elton ikun magħkhom fuq il-frekwenza ta' 105 FM, kull nhar ta' Tnejn fit-8 ta' filgħaxija u nhar ta' Erbgħa fl-4 ta' wara nofsinhar….ISIMGĦUH …U TINSUX IŻOMMU ĦDEJKHOM KAXXA PANADOLS GĦAL LI JISTA JKUN. |
![]() |
![]() |
![]() |