| DJ Dennis Music Trip |
1) ‘Hobbies’: 2) ‘Sports’ li issegwi (timijiet favoriti): 3) Ikel favorit: 4) Kieku kellek tkun annimal, liema tkun u għalfejn?: 5) Ma liema personalita’ famuża tixtieq li tiltaqa f’ħajtek?: 6) Xi stil ta’ mużika toġgħbok? Diski favoriti: Email: djdennis@galaxy105.net Dennis Bonello (Dj Dennis) twieled fl-24 ta' Ġunju 1981, bhal naħseb il-maġġoranza tan-nies ġo Malta ġewwa pieta :-) , bdejt il-karriera musikali tiegħi fl-2006 propju fuq din il-frekwenza Galaxy 105 FM b'kumbinazjoni, wara li kont wieħed minn ħafna semmiegħa tal-ġenn li għandu dan l-istazzjon. Jiena kont avvicinajt mid-direttur tal-ġenn ta' dan l-istazzjon, Manuel chircop :) li hu mill-ewwel tagħni “il-go ahead” biex nibda nagħmel programm il-Ħadd filgħaxija. Jiena naħdem ġewwa il-Metall Form Malta LTD bħala 'Quality Controller' u minn hawn nieħu l-opportunita' nirringrazzja lil ħaddiema kollha ta' l-appoġġ li jtuni. Jiena nħossni iffurtunat għaliex inqis ruħi bhala bniedem li naf imur tajjeb ma' kulħadd dejjem bi tbissima issibni, għalkemm nibki daqs kemm nidħak ukoll għaliex bħal kulħadd il-ħajja ma tantx daħkitli lili, għandi kwantita' kbira ta' ħbieb li minn hawn ngħidilhom 'HELLO' u grazzi ta' kollox għalkemm jiena kulħadd ħabib tiegħi għaliex minn kull bniedem li naf nipprova nieħu it-tajjeb tiegħu biex b'hekk nibqa' nsaħħaħ il-karattru tiegħi u dejjem nibqa' nitgħallem. Jiena għandi ħaga fil-karattru tiegħi illi jekk se nagħmel xi ħaga, nagħmilha bis-serjeta jew ma naghmel xejn. Bħala hobbies għandi 3 s'issa, għaliex sa ftit żmien ilu wieħed biss kelli, li huwa il-futbol, fejn kont nilgħab ma St.Venera Lightnings FC fejn għamilt 12 -il sena sħaħ kif ukoll sentejn mal-Mosta Gunners fil- I.A.S.C fejn kien żmien ieħor fejn kelli iċ-ċans li nittrenja bis-serjeta u dedikazzjoni. Issa il-hobbies tiegħi huma Radio u Computer fejn qed nqatta ħafna mill-ħin magħhom . Propju s-sena 2006 hija waħda speċjali għalija għaliex irrejalizajt tnejn mill-ħafna ħolmiet li kelli, waħda hija li rnexxieli ndoqq fuq Galaxy 105 FM u oħra li ma ninsa qatt, huwa t-tifel tiegħi RUETON li huwa t-teżor tiegħi fuq l-art, grazzi wkoll għat-tfajla tiegħi Claudia li b'tant paċenzja u dedikazzjoni tappogjani f'kull ma nagħmel, fl-aħħar izda u mhux l-inqas nixtieq |
![]() |
![]() |
![]() |