Christian Busuttil
Music Box, Friday Warm Up & Saturday Parade

1) ‘Hobbies’:
   Komjuter, nisma’ l-mużika u nsegwi l-‘football’ Taljan u dak Malti

2) ‘Sports’ li issegwi (timijiet favoriti):
    'Football' - Juventus (tim Taljan) u Ħamrun Spartans (tim Malti)
    Formula 1 - Ferrari

3) Ikel favorit:
    Spaghetti

4) Kieku kellek tkun annimal, liema tkun u għalfejn?:
    Għasfur - ħalli nkun nista’ nara ħafna affarijiet mill-għoli :-)

5) Ma liema personalita’ famuża tixtieq li tiltaqa f’ħajtek?:
    Jennifer Lopez
   
6) Xi stil ta’ mużika toġgħbok? Diski favoriti:
    Pop, Dance u 90’s

Waiting For Tonight – Jennifer Lopez
I Like The Way You Move - Bodyrockers
Love Me - Morandi
       
Email: christian@galaxy105.net
Website: www.christianbusuttil.tk


Meqjus bħala wieħed li jġennen l-imħuħ tan-nies fil-qasam tat-teknoloġija tal-kompjuters :-)  Huwa persuna li jkun irid ikun infurmat b’dak kollu li jkun qed jiġri madwar id-dinja, bħal aħbarijiet lokali, internazzjoni, teknoloġija, u suċċessi musikali ġodda. Christian Busuttil twieled il-Ħamis 3 t’April ta’ 1986 u jaqa taħt l-istilla ‘Aries’.  Għalih, il-musika hija wahda mill-fatturi mportanti ta’matul il-ġurnata iżda l-aktar fatturimportantissimo hu li jipprova jżomm dejjem it-tbissima fuq wiċċ kulħadd u li jkun ħabib ta’ kulħadd.

Bħala karriera ta’ prezentatur fuq radio, beda kollox fuq Radio Galaxy. Kien grazzi għal huh Robert, li Christian beda jibda jippreżenta programmi musikali fuq Radio Galaxy. Ħolma li
għalih, saret realta’. Kien Lulju ta’ 2002 li Christian Busuttil beda jippreżenta ma’ Robert, programm sportiv ta’ nformazzjoni u musikali, kull nhar ta’ Tlieta bejn id-9:30pm u l-11pm fuq Radio Galaxy. Hawnhekk Christian qatt ma ħares lura, u l-karriera ta’ prezentatur waħdu, bdiet fl-eta’ ta’ 16 -il sena propju bi programm is-Sibt filgħaxija fil-25 ta’ Jannar,2003 mit-8pm sa 10pm, programm li għadu jsir sal-illum il-ġurnata. Fil-31 ta’ Marzu, 2003 wara suġġeriment ta’ Manuel Chircop, Christian Busuttil, ta’ kuljum f’12pm beda jaqra l-aħbarijiet lokali w internazzjoni tal-ġurnata fuq Radio Galaxy, aħbarijiet li għadhom isiru ta’kuljum fit-6pm. Lejn tmiem is-sajf tas-sena 2003, Christian beda jippreżenta l-programm
ta’ l-aqwa 10 diski ‘italo dance’ li kien jigi mxandar kull nhar ta’ Ħadd fis-2pm. Fi Frar ta’ 2005, l-klassifika nbiddlet kompletament u beda jippreżenta l-programm ta’ l-aqwa 10 singles tar-Renju Unit, programm li qed jigi mxandar kull nhar ta’ Ħadd fis-7pm.

Bħalissa Christian qiegħed isegwi l-aħħar sena ta’ studju fl-istitut ta’ MCAST, kors dwar l-informazzjoni u teknologija. L-ambizzjoni tiegħu hi li xi darba jibda jaħdem fil-qasam ta’ IT (Information Technology). Meqjus bħala persuna kreattiva, minn dejjem kellu l-ħajra li xi darba jsegwi kors fuq ‘computer software’. Filfatt l-akbar ‘hobby’ ta’ Christian, huwa li jibni ‘websites’.  F’moħħ Christian dejjem tibqa' din il-frażi, “Qatt m’għandek taqta’ qalbek fil-ħajja, u għalhekk id-determinazzjoni sabiex tilħaq l-ambizzjoni tiegħek, għandha tibqa f’moħħok tul il-ħajja ta’ kuljum”.

Christian Busuttil, illum il-ġurnata jippreżenta diversi programmi musikali, il-programm Music Box kull nhar it-Tlieta filgħaxija, Friday Warm-Up kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija u s-Sibt filgħaxija bil-programm Saturday Parade, dejjem mit-8pm -il quddiem u l-programm ta’ l-aqwa 10 singles tar-Renju Unit mis-7pm sa 8pm.

BTW: www.christianbusuttil.tk, hija l-website personali tiegħu :-)