Radio Galaxy
Adverts Department

Ta' kuljum, Radio Galaxy dejjem iżid fis-semmiegħa tiegħu u dan grazzi għal għażla varjata ta' programmi li dan l-istazzjon għandu. Dawn l-istess semmiegħa tagħna jistgħu jkunu il-klijenti tiegħek jekk in-negozju tiegħek ikun reklamat fuq il-frekwenza tagħna.

Aħna bħala Radio Galaxy nistgħu naħdmu id f’id miegħek biex in-negozji tagħna jikbru it-tnejn flimkien. Aħna noffru diversi tipi ta' riklamar li dawn ivarjaw minn riklami li joħorġu b’mod regolari matul il-ġurnata, programmi sponsorjati, trażmissjonijiet live min ġo negozju tiegħek kif ukoll riklami fuq il-website u dawn kollha b’rati baxxi ħafna.

Hawn taħt għandek issib ir-rati tar-riklami fuq Radio Galaxy:

Xahar riklami (30 Ġurnata)

6 riklami kuljum ta' 10 sekondi 'l wieħed - €120 (Lm 51.52) + vat €141.60 (Lm 60.79)
6 riklami kuljum ta' 15 -il sekonda 'l wieħed - €140 (Lm 60.10) + vat €165.20 (Lm 70.92)
6 riklami kuljum ta' 20 sekonda 'l wieħed - €165 (Lm 70.83) + vat €194.70 (Lm 83.58)
6 riklami kuljum ta' 30 sekonda 'l wieħed - €190 (Lm 81.57) + vat €224.20 (Lm 96.25)

Jekk int tagħżel li tirreklama għal aktar minn xahar wieħed, aħna nofrulek rati li huma ħafna aħjar u mezz komdu kif tħallas dawn ir-riklami.

Għamel is-semmiegħa tagħna il-klijenti tiegħek u flimkien insaħħu in-negozji tagħna!!!!

Għal aktar informazzjoni ċempel 21220444 jew ibgħat email: sales@galaxy105.net