Aħbarijiet Internazzjonali - 20 t'Awwissu, 2008 - 2:49p.m.
Il-parlament taż-Żimbabwe jiftaħ fil-jiem li ġejjin

Il-parlament taż-Żimbabwe mistenni li jintaqa’ għall-ewwel darba mill-ġimgħa d-dieħla wara l-elezzjoni kontroversjali minkejja li ma ntlaħaq l-ebda ftehim dwar il-qsim tal-poter.

Il-partit fl-Oppożizzjoni, il-Moviment għal Bidla Demokratika, li rebaħ il-maġġoranza tal-voti fl-elezzjonijiet parlamentari f’Marzu li għadda, qal li mhux se jopponi l-ftuħ tal-parlament. Minkejja dan, il-partit fl-Oppożizzjoni mistenni li jopponi kull mossi li jagħmel il-President taż-Żimbabwe, Robert Mugabe, biex jaħtar Kabinett.

Iż-żewġ partiti ewlenin kienu qed jippruvaw jiftehmu dwar il-qsim tal-poter iżda sa issa l-kundizzjonijiet tal-ftehim fallew.