Aħbarijiet Internazzjonali - 20 t'Awwissu, 2008 - 2:45p.m.
Attakk fl-Alġerija jħalli 43 persuna mejta

43 persuna mietu u 38 oħra sfaw midruba wara li bomba splodiet viċin skola tal-Pulizija fil-kapitali Alġerina, Algiers.
Il-mira ta’ l-attakk terroristiku kien hemm l-iskola ta’ taħriġ tal-Pulizija madwar 60km fil-lvant ta’ Algiers meta numru ta’ kandidati għall-eżami kienu qed jistennew barra l-bini

Skond l-awtoritajiet lokali qalu li t-terrorista saq karozza mimlija splussiv qrib l-entratura prinċipali ta’ l-iskola. Fl-aħħar ġimgħat, l-Alġerija ġarrbet numru ta’ attakki mwettqa minn militanti li għandhom rabtiet mill-qrib ma’ l-Al-Qaeda.