Aħbarijiet Internazzjonali - 04 ta' Lulju, 2008 - 1:47p.m.
50 persuna jweġġgħu fi splużjoni fil-Belarus

Mill-anqas 50 persuna sfaw midruba fi splużjoni waqt kunċert li kien qed isir fil-kapital tal-Belarus, Minsk.

L-attivita’ seħħet fiċ-ċentru tal-belt biex ikun imfakkar il-jum meta l-Belarus kiseb l-Indipendenza tal-pajjiż minn truppi Sovjetiċi. Skond il-Pulizija lokali, jirriżulta li l-isplużjoni, li seħħet ftit wara nofs il-lejl, kienet ikkawżata minn bomba hekk kif eluf ta’ persuni inġabru għall-kunċert. Il-President tal-pajjiż, Alexander Lukashenko, kien irappurtat li attenda għal dan il-kunċert. Il-Belarus kiseb l-Indipendenza hekk kif l-Unjoni Sovjetika kienet spiċċat fl-1991.