Aħbarijiet Internazzjonali - 04 ta' Lulju, 2008 - 1:45p.m.
Bush se jattendi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku

Il-President Amerikan, George W Bush mistenni li jattendi għaċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Logħob Olimpiku.

Gruppi tad-drittijiet tal-bniedem u politikanti ta’ l-Oppożizzjoni fosthom il-kandidat tal-Partit Demokratiku għall-Presidenza Amerikana, Barack Obama, ħeġġew lill-President Amerikan biex ma jattendix għal din iċ-ċerimonja minħabba l-protesti li saru kontra l-Gvern Ċiniż. Fl-aħħar xhur, il-Kanċilier Ġermaniż, Angela Merkel u l-Prim Ministru Ingliż, Gordon Brown qalu li mhux se jkunu preżenti għaċ-ċerimonja tal-ftuħ.